Albaniż ta’ tnejn u għoxrin sena residenti l-Belt Valletta, weġġa’ serjament wara li tilef il-kontroll tal-mutur u baqa’ dieħel ġo crash barrier.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Għal dan l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.