L-eks plejer ta’ fama mondjali u ħu l-leġġenda Diego Maradona jinsab f’pajjiżna, hekk kif qiegħed imexxi taħriġ fil-logħba tal-futbol għat-tfal tal-klabb ta’ Qormi FC.
Hugo Hernan Maradona, li kien jilgħab fis-Seria A u anke għat-tim nazzjonali Arġentin, spjega kif huwa kuntent li qiegħed hawn għal dan l-eżerċizzju, hekk kif din hija l-ewwel darba li żar lil pajjiżna.
Huwa sostna li kien sorpriż bil-livell ta’ talent li t-tfal Maltin għandhom fil-logħba tal-ballun. “Per allenare i bambini tre quattro giorni e vedere come il livello di bambini qua sono venuto a vedere a vedere al soltanto quando come il mio livello, il livello è abbastanza buono. Mi sono sorpreso con il livello di piu piccolini.”
Waqt konferenza tal-aħbarjiet dwar din iż-żjara, huwa nnota kif il-futbol inbidel ferm miż-żmien li kien jilgħab hu, iżda l-logħba xorta baqgħet waħda sabiħa.
Hugo Maradona stqarr ukoll ma’ dan l-istazzjon kif Malta qed togħġbu ferm u li jixtieq li ż-żjara tiegħu kienet itwal. “Sì, sì per quello che ho visto, mi piace, soltanto che un poco tempo ma speriamo di tornare.”