L-Unjoni Ewropea ħabbret li mill-erba’ ta’ Jannar tas-sena li ġejja, se jipprojbixxu l-użu tal-kimika isopropanol, li tintuża biex tisterilizza l-kuluri għat-tattoos.
Dan parti mir-regolamenti “Reach”, li spjegaw li din il-kimika hija perikoluża għall-ġilda tal-bniedem.
L-UE qalet li l-abjad u l-iswed, huma l-unika kuluri li jistgħu jibqaw jintużaw, peress li huma ilwieni li jiġu applikati mingħajr l-isopropanol.
Għalkemm jeżistu alternattivi għall-aktar ilwieni popolari li jintużaw biex isiru tattoos, fosthom il-kuluri aħmar, oranġjo u isfar, jidher li m’hemmx alternattiva għall-ilwieni blu u għal tonalità partikolari tal-aħdar.
Minħabba din ir-raġuni, l-Unjoni Ewropea se tkun qed tagħti l-possibilità li l-ilwieni blu ‘15’ u l-aħdar ‘7’, jibqgħu jintużaw sakemm tinstab alternattiva oħra.
Ġew mħabbar ukoll għadd ta’ direttivi b’rabta ma kif għandhom jiġu ippakkjati l-link għat-tattoos, li fost l-oħrajn trid tindika b’mod ċar, l-oriġini tal-prodott, l-ingredjenti li fih, id-data tal-iskadenza, kif ukoll jekk il-linka għandhiex nickel minħabba l-allerġiji.