Hassan Jamal Hassan ġie ikkundannat erba’ snin ħabs wara li ammetta li flimkien ma raġel ieħor wettqu hold-up fuq żewġt irġiel oħra f’Paceville.
Is-Somalu ta’ ħamsa u għoxrin sena ġie mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ħfief lil wieħed mill-irġiel, li ġie żammu kontra r-rieda tiegħu, li kellu fil-pussess tiegħu l-kannabis u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrat f’Mejju li għadda.
Fid-deċiżjoni tagħna, il-Qorti talbet lid-Direttur tal-Ħabs biex jgħin lil Hassan minħabba li għandu problemi ta’ xorb u droga.
Dwar dan il-każ, ġie kkundannat ukoll Chaharou Ibrahim, Niġerjan ta’ disa’ u tlettin sena, li f’Settembru li għadda ntbagħat sentejn u għaxar xhur ħabs għas-sehem tiegħu f’din is-serqa.