Minn tal-inqas 27 persuna huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara li bini fil-Ġappun ħa n-nar.
Il-pulizija qed teżamina l-possibbilità li n-nar beda b’intenzzjoni.
Qed jiġi rraportat li l-vittmi kienu ġo klinika meta allegatament tqabbad in-nar.
Bosta pumpiera ħadmu qatigħ biex b’suċċess tfew in-nirien wara 30 minuta li kienu fuq il-post.
Sena ilu, il-Ġappun wkoll ra wieħed mill-agħar inċidenti mit-Tieni Gwerra Dinjina sal-lum, meta raġel qatel 36 persuna meta qabbad in-nar fi studio tal-films.