F’Malta bħalissa hawn ħu l-plejer leġġendarju Arġentin Diego Maradona.
Hugo Maradona jinsab f’Malta biex iħarreġ tfal tal-futbol fuq inizjattiva tal-klabb ta’ Ħal Qormi.
Dan anki bil-għajnuna tal-Ambaxxatur Kenneth Vella.
Hugo Maradona ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo fuq ix-xogħol li kien jagħmel Diego Maradona ma’ tfal mwarrba mis-soċjetà, fuq il-ħbiberija ta’ Maradona ma’ Fidel Castro, fuq is-sitwazzjoni diffiċli fl-Arġentina u fuq żewġ Arġentini famużi: il-kittieb Jorge Luis Borges u l-mexxej politiku Ernesto Che Guevara.