Anzjana ta’ 71 sena minn San Ġwann weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn trakk, fejn allegatament is-sewwieq baqa’ sejjer.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra fi Triq Birkirkara, San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li t-trakk għadu ma ġiex identifikat.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.