Kelvin Magri nstab ħati li qata’ widnejn il-kelb tiegħu u weħel multa ta’ €300.
Miegħu ġew akkużati Josephine Magri u Andrew Magri b’ikkawżar ta’ tbatija fuq annimali iżda dawn tal-aħħar ma nstabux ħatja quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud.
Il-Qorti għamlitha ċara li ma taqbilx li jsiru interventi ta’ qtugħ tal-widnejn tal-klieb.
F’dan il-każ il-prosekuzzjoni ma rnexxiliex tiddentifika lil min wettaq dan l-att fuq il-kelb.
Straħet biss fuq l-informazzjoni li għaddewlha dawk inkarigati mill-ħarsien tal-annimali.
L-imputat Kelvin Magri ħa r-responsabiltà tal-kelb u ammetta li l-kelb ma kienx irreġistrat skont ir-regolamenti dwar l-Identifikazzjoni Elettronika tal-Klieb iżda ċaħad li hu għamel intervent fuq widnejn il-kelb.
Josephine Magri u Andrew Magri ġew liberati mill-imputazzjonijiet kollha minħabba nuqqas ta’ provi filwaqt li l-Qorti sabet ħati l-imputat Kelvin Magri dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-klieb u kkundannatu ghal multa ta’ tliet mitt ewro.