L-iskejjel fir-Renju Unit qalu li jinsabu lesti li jeqilbu online f’każ li jkun hemm bżonn fit-terminu li jmiss, biex it-tfal jibqgħu d-dar minħabba l-Covid.
Uħud mit-tfal qed jintalbu jieħdu l-laptops magħhom id-dar qabel il-Milied bħala tħejjija għal dan.
Il-Gvern qal li jinsab kommess li l-iskejjel fl-Ingilterra jibqgħu miftuħa f’Jannar. Fil-fatt, l-iskejjel fir-Renju Unit ġew mogħtija l-parir biex jiftħu normali fit-terminu li jmiss taħt il-linji gwida preżenti anki jekk f’xenarji differenti, fosthom ċertu lezzjonijiet online u tagħlim fi gruppi iżgħar u differenti.
Intant, il-Prim Ministru u l-Kap tas-Saħħa Medika ħeġġew lill-pubbliku biex ikun kawt fl-għażliet tiegħu fejn jidħlu avvenimenti li jitħallat ma’ nies different qabel il-Milied.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Boris Johnson qal li mhux se jagħlaq il-bars u r-ristoranti imma ħeġġeġ lin-nies biex jaħsbuha sew qabel imorru u ma jitħalltux ma’ nies li m’għandhomx bżonn.
Wissa wkoll li aktar rekords ta’ infezzjonijiet se jintlaħqu bil-firxa tal-varjant il-ġdid Omicron.
Dan hekk kif ir-Renju Unit irreġistra l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet f’jum wieħed nhar l-Erbgħa mindu bdiet il-pandemija.