Il-kumpanija GO ħabbret investiment ta’ miljun ewro fi produzzjonijiet lokali Maltin.
Dan sabiex jiżdied il-kontenut oriġinali għat-televiżjoni li jixxandar mill-istess kumpanija b’mod esklussiv permezz tal-inizjattiva GO Originals.
Dan l-investiment tħabbar mill-Kap tal-Operat Kummerċjali ta’ GO Antonio Ivankovic waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn stqarr kif dan l-investiment huwa turija ta’ fiduċja fil-qasam tal-produzzjonijiet f’pajjiżna.
“We believe in Malta Film industry, we believe that the film industry can become one of the pillars of Maltese futur economy and from our end privately we would like to suppost the great initiatves that are in place here and today.”
L-ewwel produzzjoni mgħejjuna minn GO ser tkun dik bl-isem ‘Chalet’ prodotta minn Sharp Shoot Media.
L-istorja ta’ din il-produzzjoni ser tieħu lit-telespettatur lura għall-aqwa snin tax-Chalet bi storja ta’ imħabba u qsim il-qalb.
Il-Ministru Clayton Bartolo, li kien preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet stqarr kif huwa inkoraġġanti li kumpanija bħal GO, li tinvesti ħafna fit-teknoloġija u l-infrastruttura, issa qed tinvesti wkoll f’din l-industrija.
Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech laqa’ din l-inizjattiva u stqarr kif kull għajnuna li tirċievi l-industrija hija milqugħa sabiex flimkien mal-isforzi tal-Gvern jibqgħu issaħħu dan is-settur.