Żagħżugħ ta’ 18-il sena mix-Xewkija weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fiż-Żebbuġ Għawdex.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għal ħabta tal-kwarta fi Triq ir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-ġuvni li kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Fiat, tilef il-kontroll u waqa’ ġo wied.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.