Il-Mexxej tal-Oppożizzjoni tal-Belarus, Sergei Tikhanovsky intbagħat tmintax-il sena ħabs talli mexxa protesti tal-massa kontra l-President Alexander Lukashenko.
Fost akkużi oħra, l-imputat instab ħati li organizza diversi rewwixti.
Huwa kien ippjana li jisfida lil Lukashenko fl-elezzjoni Presidenzjali tas-sena l-oħra, imma nżamm eżatt qabel il-vot.
Mart Tikhanovsky iddubitat il-validità tal-Qorti fil-każ ta’ żewġha u qalet li s-sentenza mhi xejn għajr vendetta personali minn Lukashenko.