Ġiet imnehdija l-Kanzunetta ‘Milied fil-Qalb‘ bil-kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u produzzjoni t’Elton Zarb minn Wicked and Loud Studios. Fuq idea tal-kantawtur Kurt Anthony din il-kanzunetta qed issir popolari fuq il-mezzi soċjali għax qed tqajjem interess kbir minn ħafna nies anke minn Maltin li jgħixu barra minn xtutna.
‘Milied fil-Qalb‘ hija kanzunetta b’orkestrazzjoni b’saħħitha li ddaħlek fl-ispirtu tal-Milied minkejja t-tema universali tagħha. Dan il-proġett ilu jinħadem mis-sajf li għadda u ġie mogħti l-ħajja grazzi għal 30 mill-aqwa artisti u personalitajiet lokali fosthom Mike Spiteri, Christian Arding, Lawrence Grey, Georgina Abela, Fiona Cauchi, Olivia Lewis, Laura Bruno, Mark Anthony, Hector Bruno, Claudio Castelletti tal-grupp lokali Kantera u ħafna oħrajn kif tistgħu taraw fil-filmat.
Il-kanzunetta ttenni li l-Milied mhux f’Diċembru biss, imma kuljum. Il-ferħ li tħaddan ġo qalbek u l-imħabba li hemm ġo fik ma jiqfux mal-Milied imma għandhom ikunu s-sena kollha.
Tista’ ssegwi din il-kanzunetta hawn: