Tul dawn l-aħħar ħames snin il-preżentattriċi Claire Agius Ordway permezz tal-programm popolari tagħha ‘Dak li jgħodd’ dejjem produċiet u preżentat l-inizjattiva 5in1. Permezz tal-programm tagħha, b’din l-inizjattiva is-segwaċi jiġu mistiedna li f’siegħa jagħtu donazzjoni ta’ €1.
Tul is-snin din l-inizjattiva ġabret ‘il fuq minn 50,000 Ewro b’risq diversi istituzzjonijiet. Din is-sena din l-inizjattiva ser titella’ t-Tlieta 14 ta’ Diċembru fil-5pm b’mod dirett fuq ONE. Il-flus miġbura ser imorru b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation. L-E.T President u s-Sinjura Vella ser ikunu preżenti b’mod dirett tul il-ħin tal-programm.