Lejlet il-vot fil-Parlament dwar il-liġi għall-użu responsabbli tal-kannabis, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius infexx f’attakk konfuż u allegazzjonijiet straordinarji kontra l-Gvern.
Fuq l-istazzjon nazzjonali fil-programm, David Agius ġie mistoqsi dwar il-fatt li l-Oppożizzjoni baqgħet siekta waqt il-konsultazzjoni marbuta mal-Whitepaper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kannabis u wara li ħareġ l-abbozz ta’ liġi, l-istess Oppożizzjoni Nazzjonalista għamlet żmien twil siekta u tilgħab gallarija.
David Agius ikkonferma propju dan fuq ix-xandir.
Huwa tenna, “Aħna qagħdna pass lura apposta biex lanqas jgħidu li qed indaħħlu l-politika fiha.”
Wara dan, Agius beda jallega li l-Gvern qiegħed jgħaddi din il-liġi biex jagħmel it-traffikar aktar faċli għall-kriminali, meta fil-fatt it-traffikar tad-droga għadu llegali u l-Pulizija twettaq xogħol kbir biex taqbad it-traffikanti tad-droga.
Il-Ministru Owen Bonnici, “Għamilt akkuża fejn għidt li qed nagħmlu din il-liġi għax għandna xi skop ħażin li ninċentivaw it-traffikar.”
B’Agius jistaqsi, “Hekk hu, mhux hekk se tagħmlu?”
Bil-Ministru Bonnici jwieġewb, “U kkonfermajt. Min jittraffika u jqassam, dak huwa reat kriminali. Jekk inti għandek xi ħadd li għandu fil-pussess tiegħu sa seba’ grammi kannabis, dik hija xi ħaġa li tista’ ssir. Jekk xi ħadd għandu fil-pussess tiegħu gramma u qed jgħaddiha lil xi ħadd ieħor, dak huwa traffikar li jista’ jiġi punit bil-ħabs.”
Fil-fatt bil-liġi l-ġdida dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, min jixtieq jixtri l-kannabis biex jikkonsmaha għal skop personali, se jkollu l-mezzi legali flok jixtri mis-swieq illegali.
Intant fil-programm, il-Ministru Owen Bonnici, li ressaq il-liġi, innota li Bernard Grech qed jimxi b’politika ta’ konfużjoni fejn l-ewwel jgħid li l-Gvern ikkopja l-proposti tiegħu iżda imbagħad kien kostrett iqatta’ biċċiet il-liġi proposta għaliex hekk ġagħluh jagħmel dawk li poġġewh Kap.
Fuq ix-xandir, l-id il-leminija tiegħu, il-Viċi Kap David Agius, ikkonferma l-konfużjoni li biha jmexxi Grech lill-Partit Nazzjonalista.
Il-Ministru Bonnici staqsa, “David, jekk inthom tiġu eletti fil-Gvern wara l-elezzjoni li jmiss, għax għadha mhux ċara f’moħħi din, intom il-liġi żżomuha jew tneħħuha?
B’Agius iwieġeb, “Nista’ nwieġbu għax issa sar ġurnalist ukoll Owen? Nieħdu d-deċiżjonijiet tagħna, m’għandniex għalfejn nagħġlu”