Raġel ta’ tmienja u sebgħin sena li joqgħod is-Swieqi tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq ibnu.
Dan allegatament seħħ waqt argument verbali li kellhom tliet aħwa u l-missier. Fil-qorti ntqal kif waqt l-aggressjoni l-akkużat intilef minn sensih minħabba xi ġrieħi li sofra waqt l-argument. Intqal ukoll kif iż-żewġt aħwa ġuvintur għenu lil missierhom u ħaduh f’ċentru tas-saħħa viċin.
L-allegat vittma talab biex imur jgħix ġo shelter wara li telaq mid-dar.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest bil-Qorti tilqa’ din it-talba. Hija imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jistax jersaq u jkellem lil ibnu fl-ebda eventwalità.
Il-ħelsien ingħata fuq depożitu ta’ elf ewro. Dan filwaqt li jekk jikser xi waħda mill-kundizzjonijet imposti fuqu jista’ jeħel sa massimu ta’ sentejn ħabs u sebat elef ewro.