Albaniż ta’ 26 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċidet tat-traffiku f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ fis-sebgħa ta’ dalgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 38 sena minn Ħal Qormi u Isuzu Elf, li kien qed jinstaq minn Albaniż ta’ 31 sena.
Fl-Isuzu kien hemm ukoll żewġ Albaniżi oħra ta’ 28 sena u 26 sena.
Il-passiġġier ta’ 26 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.