Xjentisti fir-Renju Unit wissew li żewġ dożi tal-vaċċin mhumiex biżżejjed biex jipproteġu persuna milli tkun infettata bil-varjant Omicron.
Analiżi li saret fi stadju bikri tal-infezzjonijiet bl-Omicron u anke bil-varjant Delta fir-Renju Unit turi li, b’żewġ dożi biss, il-vaċċin kien inqas effettiv biex iwaqqfu l-infezzjonijiet bil-varjant il-ġdid.
Madanakollu, il-booster qed jipprevjeni lil madwar 75% tal-persuni mlaqqma bit-tielet doża milli jkollhom xi sintomi tal-COVID.
Intant, bħalissa r-Renju Unit jinsab f’sitwazzjoni mwera ferm hekk kif 448 każ ieħor tal-Omicron ġew irraportati fir-Renju Unit, għalhekk in-numru ta’ każijiet bil-varjant il-ġdid tela’ għal 1,265.
Il-Ġimgħa, ir-Renju Unit irraporta total ta’ kważi 59,000 każ tal-COVID-19, l-ogħla rata mid-9 ta’ Jannar sal-lum.