Taljan ta’ 45 sena b’xorti ħażina tilef ħajtu f’inċient tat-traffiku f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ fit-tlieta ta’ dalgħodu fi Triq it-Torri.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma li joqgħod il-Gżira, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda li kien qiegħed isuq, bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu, baqa’ jitkaxkar u ħabat mal-bankina.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna iżda, l-vittma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.