L-Iskozja qed taffaċċja żieda enormi ta’ każijiet tal-varjant Omicron.
Qalet dan il-Ministru tal-Iskozja Nicola Sturgeon f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ħabbret aktar restrizzjonijiet b’rabta mal-imxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sturgeon qalet li l-każijiet tal-Omicron telgħu għal mija u għaxra.
Hija ħabbret li mis-Sibt, kull persuna li jkollha kuntatt ma’ każ pożittiv trid tiżola ruħha għal għaxart ijiem, anke jekk din tkun imlaqqma kontra l-Covid-19.
Il-Ministru Sturgeon appellat bil-qawwi wkoll biex l-Iskoċċiżi jipposponu u jħassru l-festini u l-ikliet tal-Milied.