Raġel ta’ 39 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li sawwat lis-sieħba tiegħu b’lasta ta’ xkupa.
Nadim Mharam Abdul Gader Mharam ġie mixli wkoll li żamm lill-mara kontra r-rieda tagħha, li daraba ħafif, li heddidha u li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu b’rabta ma’ sentenza tal-Qorti preċedenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras semgħet kif il-koppja ilhom f’relazzjoni sentejn u kif il-mara rrappurtatu wara li beda jsir vjolenti magħha.
Il-Qorti ġiet mgħarrfa wkoll kif l-akkużat kien diġá nstab ħati ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu.
L-akkużat wieġeb mhux ħati bil-Maġistrat ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.