Żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Guinea, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li ħebb, hedded u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq żewġ Pulizija.
Aruna Djau ġie akkużat li fit-8 ta’ Diċembru saħansitra wkoll m’obdiex ordnijiet li ngħataw lilu mill-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużat, li m’għandux indirizz fiss, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, bil-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.