Fl-aħħar 24 siegħa r-Renju Unit irrapporta kważi 250 każ tal-Omicron. L-ewwel ftit każijiet ġew irrappurtati fl-aħħar ta’ Novembru, iżda fi ftit jiem il-każijiet żdiedu, hekk kif illum kien irrappurtat l-ogħla numru ta’ każijijiet b’dan il-varjant.
Fost il-pajjiżi, ir-Renju Unit l-aktar li għandu każijiet tal-Omicron.
Intant, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ilbieraħ ħabbar li daħal fis-seħħ pjan biex jitrażżnu l-infezzjonijiet.
Fost il-miżuri li tħabbru hemm, li minn għada qed jiġi obbligat l-ilbies tal-maskra f’postijiet pubbliċi.