Il-Prim Ministru Ingliż u martu Carrie Johnson kellhom it-tieni wild.
Martu welldet tifla fi sptar f’Londra u kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street qal li kemm l-omm u t-tarbija jinsabu f’qagħda tajba.
Din it-tifla hija s-seba’ wild tal-Prim Ministru Ingliż wara li f’Settembru li għadda nqatgħet l-ispekulazzjoni kollha ta’ kemm għandu tfal, Boris Johnson.
F’Lulju mart Johnson, li għandha 33 sena, kienet ħabbret li hi tqila bit-tieni tarbija bejnha u l-Prim Ministru Ingliż.
L-ewwel tarbija bejn il-koppja twieled f’April ta’ sena ilu, ftit wara li Johnson ħareġ mill-kura intensiva minħabba li kien infettat bil-Covid-19.