Il-President Amerikan Joe Biden u l-President Russu Vladimir Putin kellhom taħdidiet permezz ta’ telefonata awdjo-viżiva. Din saret fost tensjonijiet fuq il-fruntiera bejn ir-Russja u l-Lvant tal-Ukrajna.
Mhux qed jiġi antiċipat xi avvanzi bejn iż-żewġ pajjiżi imma r-Russja qed tisħaq dwar il-bżonn ta’ aktar taħdidiet minħabba ż-żieda fit-tensjonijiet ma’ pajjiżi Ewropej.
Fil-fatt, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u l-Italja lkoll qablu fuq strateġija biex timponi sanzjonijiet ekonomiċi f’każ li r-Russja tinvadi lill-Ukrajna.
Intant, ir-Russja trid garanzija li l-Ukrajna mhux qed tippjana li tieħu taħt il-kontroll tagħha żona li mill-2014 waqgħet taħt is-separatisti appoġġjati mir-Russi; kif ukoll wissiet biex il-Punent ma’ jaqbiżx il-limitu billi jżid l-Ukrajna mal-alleanza militari tan-NATO.