L-ewwel kliem li lissen Ryan Sultana mal-Pulizija kienu li kien hu li spara lil Vince Xuereb.
Dan kien il-kliem l-Ispettur Wayne Camilleri li xehed fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Ryan Sultana, li jinsab mixli li darab gravi lil Vince Xuereb ta’ ħamsa u ħamsin sena, magħruf bħala l-Oranġjo b’tiri ta’ arma tan-nar fl-Iklin.
L-Ispettur Camilleri, li qed imexxi l-Prosekuzzjoni flimkien mal-Avukat George Camilleri, qal li Sultana qalilhom li hu għamel dan għax kien qed jibża’ mill-vittma meta marlu quddiem daru u kellu xi ħaġa sewda f’idu.
L-Ispettur xehed li Sultana qalilhom li l-Oranġjo baqa’ qatt ma raddlu mas-sebat elef ewro li kien sellfu, liema allegazzjoni ġie miċħuda mill-vittma.
Sultana qal ukoll li huwa ma riedx joqtol lil Xuereb, iżda waħda miċ-ċombiet kienet żengulija bil-konsegwenza li laqtet lill-vittma.
L-Ispettur Camilleri xehed ukoll li ġie mgħarraf li l-vittma kien qed iċempel xi nies u jipprova jxaħħamhom biex jixhdu favurih.
Ritratt: TOM