Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva sabiex l-ajruplan military Russu li ġġarraf tard dal-lejl. Abbord kien hemm 92 persuna meta ġġarraf fil-Baħar l-Iswed.
Aktar minn 3,000 persuna, li jinkludu 100 bugħaddas, kif ukoll dgħajes, ajruplani żgħar u ħelikopters, huma involuti fit-tfittxija li bħalissa qed issir qrib Sochi.
S’issa nstabu fdalijiet tal-ajruplan, iżda rapporti inizjali li qalu li ntlemaħ l-ajruplan kienu foloz.
L-ajruplan li kellu abbord suldati, mużiċisti u ġurnalisti kien sejjer lejn is-Sirja, fejn aktarx dawk kollhal I kienu abbord tilfu ħajjithom.
S’issa ttellgħu ħdax-il persuna mejta, fejn qed jiġi maħsub li bosta mill-vittmi jinsabu maqbudin fl-ajruplan li ġġarraf.