Assassin’s Creed, ibbażat fuq video game popolari, għandu partijiet sostanzjali minnu miġbuda hawn Malta.
B’Michael Fassbender fir-rwol prinċipali, ħafna mill-azzjoni inġibdet fuq set mibni minn Maltin fil-Forti Ricasoli u l-Forti Manoel. Postijiet oħra jinkludu l-bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, il-forti ta’ Dellimara u binjiet oħra fil-Belt Valletta.
Fi kliem il-Patrick Crowley: “We used existing fortresses—Malta has more fortresses than any place I’ve ever been in—and some of their downtown areas, which are period authentic for what it is that we were interested in. It’s a UNESCO world heritage site, so you get some fantastic production value.”
Minbarra Assassin’s Creed, Netflix urew edizzjoni speċjali ta’ Sense8. Din kienet l-ewwel darba li Netflix ġew jaħdmu hawn Malta.
Freemantle Media, bis-sitcom popolari Ingliża “Birds of a Feather” ukoll ħadmu hawn Malta u kellhom il-premier dan il-Milied.