L-Istati Uniti ħabbret bojkott diplomatiku fil-logħob Olimpiku tax-xitwa tal-elfejn tnejn u għoxrin li se ikunu qed isiru f’Beijing, fiċ-Ċina.
Il-White House qalet li mhux se tibgħat delegazzjoni uffiċjali minħabba tħassib dwar ir-regoli tad-drittijiet tal-bniedem taċ-Ċina, iżda qalet li l-atleti Amerikani jistgħu jikkompetu fil-logħob u jkollhom l-appoġġ sħiħ tal-Gvern Amerikan.
Ix-xahar li għadda, il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qal li kien qed jiżen jekk l-Amerika hux se tibgħat delegazzjoni uffiċjali.