Massimo Ferrero rriżenja minn President ta’ Sampdoria, wara li aktar kmieni illum ġie arrestat dwar reati finanzjarji.
Ir-reati mhux marbutin mal-futbol jew il-klabb li kien imexxi.
Ferrero, li għandu sebgħin sena u kien ilu jmexxi lil Sampdoria mis-sena elfejn u erbatax qed jiġi nvestigat fuq negozju jew kumpaniji li huwa kien is-sid tagħhom u fallew.
Huwa ġie arrestat wara inkjesta marbuta mal-falliment tal-kumpaniji msemmija.
Fl-aħħar ġimgħat Ferrero kien qed jiġi akkużat b’irregolaritajiet u li seta’ żamm xi flus mit-trasferiment tal-plejer Pedro Obiang, li kien inbiegħ lil tim ta’ West Ham għas-somm ta’ madwar sitt miljun u nofs ewro.