Milied fil-Pjazza rritorna fil-Pjazza ta’ Birżebbuġa, bl-attivitajiet bdew ilbieraħ u jissoktaw illum.
Ta’ kull sena din l-attivita’ tiġi organizzata b’mod volontarju mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ dan ir-raħal. Din l-attività hija parzjalment iffinanzjata mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali u l-Gvern Lokali.
Is-Sindku Scott Camilleri saħaq li dawn l-attivitajiet joħorġu l-valuri sbieħ tal-għaqda fil-lokalità tagħna. Il-Kunsill din is-sena saħħaħ l-investimnt tiegħu f’dan l-avveniment sabiex Birżebbuġa tibqa’ tiġi mfittxija għal attiviatjiet realtati ma’ dawn iż-żmienijiet. Din l-attività turi biċ-ċar li Birżebbuġa mhix biss żona industrijali iżda wkoll żona turisitka, storika, sprotiva u kulturali.
Is-Sindku saħaq ukoll li din l-attività qed issegwi l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni kontra l-COVID-19.
Illejla fis-7.30pm ser jitella’ kunċert fil-Knisja fejn ser idoqqu ż-żewġ baned lokali; Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa u Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa.
Minkejja li dan ser ikun bla ħlas, in-nies xorta huma mitluba li jċemplu biex jirriservaw il-post billi ċċemplu fuq 79270902 jew tibagħtu messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook Milied fil-Pjazza.
Fil-knisja ser ikun hemm ukoll wirja tal-presepji.
Din l-attività tittella’ f’wirja ta’ dawl mżejjen li jsebbaħ iz-zuntier tar-raħal u li l-grupp armar ikun ilu jaħdem għal xhur sħaħ biex ta’ kull sena jagħtu esebizzjoni differenti u li tiġi apprezzata minn kull min ikun preżenti.
Għal din l-attività qed jiġu mħarsa l-protokoli tal-Covid 19 u għalhekk kull min jattendi għal din l-attività; kemm barra u anke dawk li ser isiru fuq ġewwa, qed ikun mitlub l-ilbies tal-maskra u tfal minn 12-il sena ‘l fuq iridu juru ċ-ċertifikat. Tfal taħt l-età msemmija iridu jkunu mal-ġenituri tagħhom.