Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jiddubita mis-surveys li jsiru minn gazzetti indipendenti u anki spiċċa jattakkahom.
F’intervista mal-Professur Andrew Azzopardi fuq 103FM, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mistoqsi fuq is-surveys u hu pront wieġeb li r-referee huwa mixtri u m’hemmx “fairness”.
Dan għalkemm imbagħad qal li qed jagħmel xi avvanzi, anki jekk issa ilu jnaqqas.
Fl-istess ġimgħa li Bernard Grech qal hekk, id-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone ammetta ma’ ONE News li hija elezzjoni ġenerali fix-xhur li ġejjin, li qed iżżomm lill-Partit Nazzjonalista milli tneħħi lil Grech minn Kap.
Intant fil-programm li xxandar is-Sibt, meta mistoqsi dwar il-pożizzjonijiet kuntrastanti li ħa fuq il-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis, Bernard Grech wieġeb hekk.
Fil-programm Grech ammetta li kellu l-pożizzjoni tiegħu dwar il-liġi tal-kannabis li iżda kien kostrett ibiddilha għax il-Grupp Parlamentari tiegħu u dawk li poġġewh Kap imponewlu x’għandu jagħmel u talbuh jitlobhom il-permess qabel jerġa’ jitkellem.
Fl-intervista imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla bl-attakk tiegħu fuq l-Ispeaker tal-Parlament u ma eskludiex li jagħmel bojkott iżda saħaq ukoll li mn’alla hemm hu.