Minħabba n-nuqqas ta’ fertilità f’pajjiżna, Malta fil-futur mistennija taffaċċja xi sfidi.
Qal dan id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Etienne Caruana waqt diskussjoni dwar id-demografika ta’ pajjiżna organizzata mill-Gwardjan tal-Ġenerazzjoni Futuri.
Is-Sur Caruana spejga xi wrew l-aħħar statistiċi b’rabta mat-twelid u l-mewt.
“Qed naraw kemm mill-barranin li jgħixu hawnhekk u kemm mill-Maltin qed naraw declining rates fil-fertilità. Din hija sfida għall-pajjiż, speċjalment għall-futur għax ovvjament dawn it-tfal iridu jikbru biex ikunu jistgħu jaħdmu. Li qed jiġri hu li filwaqt li għandek in-nies qed jgħixu aktar, qed ikollok inqas tfal, allura inti għada pitt għada dawn se jkunu qed jaħdmu biex iħallsu n-National Insurance għall-pensjoni ħa tkun sfida għax ovvjament ikollok aktar nies jaħdmu biex jikontribwixxu.”
Il-President tal-Gwardjan ta’ Ġenerazzjonijiet Futuri, it-Tabib Malcolm Paul Agius Galea innota l-bidla li ġab it-tkabbir ekonomiku f’Malta.
“As the economy in Malta has expanded its growth has brought changes in the living standards, consumption and investment, It has also influenced housing market trends, unemployment rates and ultimately the shaping of a multicultural society which in itself present new challenges and opportunities.”
Indirizzat ukoll din il-konferenza l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli li nnutat kif dan kollu jrawwem prinċipji u azzjonijiet li jirrigwardaw l-iżvilupp sostenibbli mal-firxa tas-soċjetà Maltija.