Żagħżugħ intbagħat ħamsa u għoxrin xahar ħabs wara li ammetta li ta n-nar lil bieb ta’ dar fil-Ħamrun.
Iż-żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena minn Birkirkara kien ġie arrestat wara li kien ħaraq il-bieb ta’ dar li tinsab fi Triq Alexandra, il-Ħamrun.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ filgħaxija wara rapporti li kien tqabbad minn xi persuna mhux magħrufa.
Dak il-ħin, ħadd ma kien hemm fid-dar.
Il-Prosekuzzjoni kienet qalet li l-ġuvni ġie arrestat wara li ġie identifikat minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà u ftit wara nstab għaddej fil-Ħamrun.
Qalet ukoll li l-imputat għandu problema kbira ta’ droga sintetika.