Din is-sena donnu kien hemm mewġa ta’ mwiet ta’ nies famużi. Hekk kif is-sena qed toqrob lejn it-tmiem, għamilna lista bit-tama li din ma tiżdiedx sal-aħħar jum ta’ Diċembru.
Bdejna b’David Bowie, il-ġenju mużikali, li miet fl-età ta’ 69 fil-bidu tas-sena. Kien għadu kemm lesta r-rekording tal-25 studio album. Għadda minn 18-il xahar ta’ ġlied fis-skiet kontra l-kanċer.
Alan Rickman, ikona Ingliża magħruf għar-rwol tiegħu f’Die Hard u l-films ta’ Harry Potter, miet fl-età ta’ 69 sena. Ħalla din id-dinja f’Jannar wara li ġġieled il-kanċer.
Sir Terry Wogan, preżentatur maħbub immens fir-Renju Unit, miet fl-età ta’ 77 sena wara ġlieda kontra kanċer.
Harper Lee, l-awtriċi ta’ To Kill A Mockingbird, mietet fi Frar f’Alabama, fl-età ta’ 89 sena.
Ronnie Corbett, attur li minn jaf kemm daħħak nies, parti minn The Two Ronnies, miet fl-età ta’ 85 sena.
Prince Rogers Nelson, il-kantant superstar, miet f’April, fl-età ta’ 57 sena waqt li kien fl-istudios tiegħu f’Minneapolis. Fost l-aktar diski popolari, kellu Purple Rain.
Muhammad Ali miet fl-età ta’ 73 sena. Kien champion fejn jidħol il-heavyweight, u ħalla din id-dinja f’Ġunju 2016.
Anton Yelchin tilef ħajtu fl-età ta’ 27 sena, wara inċident bil-karozza. L-attur Russu ta’ Star Wars instab mejjet f’daru f’San Fernando Valley, l-Amerka. Għafġitu l-jeep tiegħu stess, fit xhur qabel ħareġ l-aħħar film ta’ Star Wars.
F’Awwissu miet Willie Wonka – l-attur Gene Wilder, fl-età ta’ 83 sena. Dan wara snin b’kumplikazzjo jiet mill-marda Alzheimer’s.
Andrew Sachs miet fl-età ta’ 86 sena dan ix-xahar. Huwa attur famuż għar-rwol tiegħu ‘Manuel’ fis-serje Fawlty Towers.
L-Ungeriża Zsa Zsa Gabor mietet fl-età ta’ 99 sena. Spikkat f’films bħal Moulin Rouge, The Girl in the Kremlin u Queen of Outer Space. Kienet Miss Hungary għall-1936, u mietet f’Diċembru wkoll.
L-aħħar mewt li nafu biha hija ta’ George Michael, li fl-età ta’ 53 sena bieh aktar minn 80 miljun diska madwar id-dinja bħala kantant solo. Beda l-karriera tiegħu mal-grupp Wham!.