Għada, il-Korp tal-Pulizija se ikun qed jorganizza ‘Open Day’ għall-familji, fill-Kumpless tar-Rapid Intervention Unit f’Ta’ Kandja.
Dan bħala parti mill-kampanja ta’ 16-il ġurnata biex ikompli jitqajjem aktar għarfien u dwar il-vjolenza domestika.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt din l-‘Open Day’, se jkun hemm diversi attivitajiet fosthom wirjiet mis-Sezzjoni tal-Klieb u tal-Kavallerija.
Se ikun hemm ukoll attivitajiet ta’ abseiling u simulazzjoni tal-SIU.