Raġel miżżewweġ, bit-tfal, żmien ilu ġie akkużat li abbuża sesswalment minn studenta. Ir-raġel li kien jaħdem bħala għalliem jgħid li din kienet akkuża nġusta fil-konfront tiegħu u li hu qatt ma kellu preferenzi ma’ studenti. Jgħid li fl-irwol ta’ għalliem kien dixxiplinat iżżejjed.
Waqt il-programm AWLA fuq ONE, mmexxi minn Luke Dalli, ir-raġel rrakkonta x-xokk li ħa meta ġew għalih il-pulizija. Jirrakonta kif għamel żmien tiela’ u nieżel il-qorti u xhur bla xogħol u li wara proċess ta’ għaxar snin kellu jinfired minn ma’ familtu biex jiskonta sentenza ta’ erba’ snin ħabs.
Permezz tal-programm Awla, dan ir-raġel xtaq iwassal messaġġ biex ma nakkużżawx lil xi ħadd għalxejn, dan wara li hu ġie akkużżat għal xi ħaġa li m’għamilx
Segwi dan ir-rakkont hawn: