Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar ġie kkundannat sentejn ħabs li jrid jiskonta fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli wara li ammetta li għat-tieni darba, kellu fil-pussess tiegħu materjal pornografiku tat-tfal.
Ir-raġel, kien ġie arrestat wara li sar rejd fid-dar tiegħu, fejn nstablu materjal pornografiku.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ikkunsidrat il-kundizzjoni ta’ saħħa mentali tar-raġel u anke l-fatt li kellu sinjali ta’ dipressjoni.