Joseph Galea ta’ wieħed u tletin sena ġie kkundannat erba’ snin ħabs wara li nstab ħati li pprova jisraq diversi oġġetti minn razzett f’San Ġwann.
Ir-raġel, li jgħix il-Ħamrun, ġie mixli li f’Awwissu tal-elfejn u tmintax ipprova jwettaq serqa minn razzett li jinsab fl-inħawi magħrufa bħala tal-Balal.
Huwa ġie akkużat ukoll li kiser żewġ ordnijiet ta’ probation.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello spjegat li minkejja li Galea ngħata diversi opportunitajiet huwa ma wera ebda interess li jirriforma ruħu.
Il-Maġistrat Montebello kkundannatu xahrejn ħabs tal-attentat ta’ serq u sentejn ħabs għal kull ordni ta’ probation li kiser.