L-Università ta’ Oxford qalet kif s’issa m’hemm l-ebda evidenza li t-tilqim ma jaħdimx kontra l-varjant il-ġdid tal-Covid-19, l-Omicron.
L-istess Università qalet li jekk ikun il-każ, hija lesta tagħmel vaċċin tal-AstraZeneca, li jkun jiflaħ għal dan il-varjant il-ġdid.
Matul il-ġurnata tat-Tlieta, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Moderna qal kif it-tilqim probabli ma jaħdimx kontra dan il-varjant.
L-Università ta’ Oxford qalet li s’issa hemm ftit evidenza biex tiddetermina dan.
Intqal kif matul din il-pandemija, l-unika għodda li kienet ta’ protezzjoni kien it-tilqim.