Raġel ta’ 56 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li kien akkużat li ffastidja lill-eks sieħba tiegħu.
Huwa tressaq il-Qorti, it-Tnejn quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman, akkużat ukoll lir-raġel li hedded u li nsulta lill-eks sieħba tiegħu.
Huwa kien akkużat li kien ukoll riċediv.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.