Mil-lum dawk li għandhom aktar minn 50 sena jistgħu jirreġistraw għad-doża addizzjonali tal-Covid-19.
Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ sabiex jikkonkorri għal din is-sejħa u jmur jieħu d-doża addizzjonali sabiex f’Malta s-sitwazzjoni tal-Covid-19 tibqa’ taħt kontroll.
Fil-fatt, anke kif semma lbieraħ il-Prim Ministru Robert Abela f’intervista, Malta għandha rata baxxa ta’ nies li qed jieħdu l-kura fl-isptarijiet b’rabta ma’ dan il-virus, partikolarment dawk fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Il-Prim Ministru wkoll ingħaqad mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u appella sabiex kulħadd jieħu d-doża addizzjonali.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 949,337 doża tal-vaċċin, li minnhom, 113,857 kienu dożi addizzjonali.