Raġel ta’ 49 sena minn Ħal Luqa, ġarrab ġrieħi gravi, wara li tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u baqa’ dieħel ġo arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 tal-bieraħ waranofsinhar, f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dan l-inċident, mara ta’ 40 sena li kienet passiġġiera fil-karozza, indarbet ħafif.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.