Il-Ġermanja bħalissa għaddejja b’testijiet biex tiddetermina jekk daħalx l-ewwel każ tal-varjant Omicron fil-pajjiż.
Dan wara li persuna rritornat il-Ġermanja wara qattgħet xi żmien fl-Afrika t’Isfel.
Jekk jiġi konfermat, dan il-każ ikun it-tieni każ tal-varjant Omicron fl-Unjoni Ewropea wara li lbieraħ, awtoritajiet Belġjani kkonfermaw l-ewwel każ fuq passiġġier li wasal mill-Eġittu.
Il-Ministru għall-Affarijiet Soċjali Ġermaniż, Kai Klose, qal fuq Twitter li l-varjant Omicron probabbli diġà rnexxielu jidħol mill-fruntieri Ġermaniż.
Dan filwaqt li awtorijiet Olandiżi bħalissa għaddejja b’testijiet fuq 61 passiġġier minn żewġ titjiriet mill-Afrika t’Isfel li ttestjaw pożittiv għall-Covid-19.