F’dawn il-jiem li pajjiżna nħakem minn maltempata oħra, ħarġet is-solidarjeta’ u l-ħidma ta’ salvataġġ minn bosta. Fuq quddiem nett forzi li huma mħarġa u armati għal bżonnijiet apposta f’każ ta’ maltemp. Ma’ dawn ħaddiema oħra li kif rajna, b’mod partikolari f’bosta ritratti u filmati fil-midja soċjali, jmorru olte’ fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Claudio Tonna, wieħed mid-diretturi tal-LESA, faħħar u rringrazzja pubblikament l-att ta’ Anthony Scinto, wieħed mill-uffiċjali tal-komunita’ fi ħdan il-LESA li fil-maltempata tal-Ħamis issogra ħajtu bħal ħafna uffiċjali oħra biex isalvaw lil min kellu bżonn.
”LESA tħossha ferm kbrija bit-team-work li wriet f’sitwazzjoni xejn ħelwa. Bħala wieħed mid-diretturi tal-istess aġenzija, inħossni ferm kburi li flimkien ma’ sħabi, d-direttur Raymond Vella u l-Kap Eżekuttiv Svetlick Flores, dejjem sibna l-appoġġ tat-tim kollu kull meta tlabna l-assistenza minn ħafna. Minn qalbi Grazzi kbira! Filwaqt li nfakkar li bħalma nsegwu l-kritika, li mhux sejjem tkun sinċiera, aħna għandna qalb ukoll, li tapprezza l-grazzi bħal kulħadd.”
Claudio Tonna – Direttur ta’ LESA
Għalkemm ir-ritratt ta’ fuq, mhux daqshekk ċar, wieħed jista’ japprezza l-impenn ta’ dan l-uffiċjal li ssogra biex jgħin li ħaddieħor. Nies, li f’mumenti diffiċli bħal ta’ waqt il-maltempata tal-Ħamis, għamlu li setgħu biex jgħinu lil ħaddieħor, ġew deskritti bħala l-eroj siekta fis-soċjeta’ tagħna.