F’Georgia, fl-Istati Uniti, tlett irġiel nstabu ħatja li qatlu raġel ta’ karnaġġjon skur waqt li kien qed jiġri, f’każ li qajjem għagħa kbira b’dimostranti jipprotestaw għal ġustizzja razzjali.
Ahmaud Arbery ta’ 25 sena nqatel b’tir is-sena li għaddiet meta kkonfrontawh Travis u Gregory McMichael flimkien mal-ġar tagħhom, William Bryan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huma sostnew li aġixxew hekk biex jipproteġġu lilhom infushom.
L-irġiel issa qed jaffaċċjaw sentenza li taf tibgħathom ħajjithom il-ħabs.