Waqt laqgħa oħra tal-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi li fiha komplew isiru l-mistoqsijiet lir-rappreżentant f’Malta tal-kumpanija Electrogas u d-direttur tal-kumpanija GEM Holdings, Paul Apap Bologna xehed kif huwa qatt ma kien tkellem ma’ membri mill-Partit Laburista qabel l-2013.
Huwa kkonferma wkoll kif fl-2006 huwa kien iltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Lawrence Gonzi u bosta Ministri Nazzjonalisti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan dwar proposta ta’ kif l-enerġija f’pajjiżna setgħet tinqaleb għal waħda li tiddependi fuq il-gass.
Filwaqt li kkonferma li dak iż-żmien ħadd ma kien qallu li l-proposta ma kinitx tagħmel sens, Gvern Nazzjonalista wara kien għażel il-Heavy Fuel Oil bl-għażla li jagħmel il-powerstation tal-BWSC.