Libjan li kien qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ Sirjan, tpoġġa taħt att ta’ akkuża wara li l-Qorti qalet li hemm biżżejjed provi f’dan il-każ.
Il-każ seħħ fis-sebgħa ta’ Novembru li għadda f’garaxx il-Marsa, meta l-akkużat allegatament aggredixxa lill-vittma b’ħadida.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, xehed il-vittma li qal ma jafx x’inhu l-motiv wara din l-aggressjoni.
Intqal ukoll kif fil-ħin li seħħ l-allegat każ kien hemm żewġ persuni oħra li telqu jiġru.