Fil-Ġermanja, Olaf Scholz se jmexxi koalizzjoni ta’ tliet partiti fi tranżizzjoni li se ttemm sittax-il sena ta’ tmexxija minn Angela Merkel.
Kważi xahrejn wara li l-partit Soċjal Demokratiku tiegħu rebaħ l-elezzjonijiet federali, Scholz se jieħu t-tmun tal-pajjiż flimkien mal-Partit tal-Ħodor u l-Free Democrats.
Il-protezzjoni tal-klima u miżuri favur l-ambjent jiffurmaw parti kbira mill-ftehim tal-koalizzjoni.
It-tliet partiti qed jimmiraw li jaqtgħu l-użu tal-faħam sal-elfejn u tletin, meta jridu wkoll li tmenin fil-mija tal-enerġija tkun iġġenerata minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli.
Hemm ukoll ippjanat li jkun legalizzat il-bejgħ tal-kannabis f’binjiet liċenzjati.
L-ekonomija tal-Ġermanja hija l-ikbar waħda fl-Ewropa, għaldaqstant deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern ġdid jimpattaw il-pajjiżi ġirien.