L-Iżvezja se jkollha l-ewwel Prim Ministru mara wara maġġoranza ta’ membri parlamentari vvutaw favur li Magdalena Andersson isservi fl-irwol ta’ Prim Ministru.
Dan il-vot ittieħed l-Erbgħa filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vot favur wasal wara diversi negozjati mal-Partit Xellugi, hekk kif dawn bdew jitolbu li taħt it-tmexxija ta’ Andersson tiżdied il-pensjoni.
Andersson li bħalissa tokkupa l-kariġa ta’ Ministru tal-Finanzi, se tieħu post Stefan Löfven.